Saturday, December 28, 2024

Inawgurat x-xogħol ta’ rinnovar fl-uffiċini tal-Assoċċazzjoni tad-Down Syndrome Malta

Aqra wkoll

Fil-Jum iddedikat lill-kundizzjoni tad-Down Syndrome, Il-Ministru Julia Farrugia Portelli inawgurat ix-xogħolijiet ta’ rinnovar u mantuntenzjoni estensivi fil-uffiċċju tal-assoċjazzjoni fil-Belt Valletta. Parti mill-fondi kienu mill-iskema Good Causes Fund maħruġa mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.

Waqt l-inawgurazzjoni l-Ministru tkellmet fuq kif dan il-Gvern qiegħed ikompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità f’Malta apparti minn hekk dan il-Ministeru qiegħed ikompli jintroduċi miżuri ta’ simplifikazzjoni għal persuni b’diżabilità severa.

Matul l-aħħar sena l-gvern daħħal miżura ġdida li persuni b’diżabilità severa mhux se jkollhom għalfejn jerġgħu jidhru quddiem il-Bord Mediku meta jagħlqu 16-il sena. Apparti minn hekk fil-budget ta’ din is-sena l-gvern qed jimbotta ‘il quddiem l-indipendenza tal-persuni b’diżabilità, proprju kif titlob l-Istrateġija Nazzjonali għall-persuni b’diżabilità.

Fost dawn hemm l-investiment ta’ €4.2 miljun fl-iskema Independent Community Living biex aktar persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal tagħhom permezz ta’ Assistent Personali.

Ekonomija

Sport