Sunday, May 19, 2024

Inawgurazzjoni tal-mużew tal-parroċċa ta’ Stella Maris

Aqra wkoll

Il-mużew tal-Knisja Parrokkjali tal-Verġni Marija Kewkba tal-Baħar se jiftaħ għall-ewwel darba għall-pubbliku fl-okkażjoni tal-festa ta’ Stella Maris nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu. 

Il-mużew, li jinsab biswit il-knisja f’50, Triq il-Kbira, Tas-Sliema, se jiftaħ il-Ħadd li ġej wara l-Quddiesa Solenni tal-10:30am.

Għall-bqija tal-Ħdud il-mużew se jkun miftuħ bejn l-10am u 12pm jew b’appuntament billi wieħed iċempel fuq 21334941.

Stella Maris hi l-eqdem parroċċa f’Tas-Sliema u l-mużew tagħha jiġbor ħafna tagħrif dwar l-iżvilupp ta’ din il-lokalità minbarra oġġetti marbutin mal-ġrajjiet tal-parroċċa, il-knisja nfisha, il-qassisin li taw servizz u n-nies li għexu fiha.

Sport