Thursday, June 18, 2026

Inċident beјn erba’ vetturi fil-Mosta…. persuna kellha bżonn assistenza medika

Aqra wkoll

Timijiet mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Mosta wara inċident bejn numru ta’ vetturi.

Dan is-sit jinsab infurmat li dan l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq il-Missjunarji Maltin.

Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn erba’ vetturi – karozza tal-linja, trakk, u żewġ vetturi privati.

Mill-inqas persuna kellha bżonn l-assistenza medika tant li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Wieħed qed jintalab biex jevita ż-żona minħabba t-traffiku li qed jinġema’.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport