Thursday, June 18, 2026

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien fuq id-dgħajsa

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-3:15 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fix-Xatt tal-Imġarr, Għawdex.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ftit ħin qabel, raġel ta’ 35 sena residenti l-Mellieħa, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed fuq id-dgħajsa tiegħu u nqelbet.

Persuni li kienu fil-viċin tawh l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar. Huwa ddaħħal mal-moll fl-Imġarr minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara li ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza, ġie trasferit lejn l-Isptar Mater, fejn kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

ll-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport