Timijiet mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Mosta wara inċident bejn numru ta’ vetturi.
Dan is-sit jinsab infurmat li dan l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq il-Missjunarji Maltin.
Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li seħħet ħabta bejn erba’ vetturi – karozza tal-linja, trakk, u żewġ vetturi privati.
Mill-inqas persuna kellha bżonn l-assistenza medika tant li ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Wieħed qed jintalab biex jevita ż-żona minħabba t-traffiku li qed jinġema’.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

