Monday, December 23, 2024

Inċident f’minjiera fis-Siberja jħalli minn tal-inqas sitta mejta u 48 irrapportati nieqsa

Aqra wkoll

Minn tal-inqas sitt persuni tilfu ħajjithom filwaqt li 49 jinsabu rrapportati nieqsa f’inċident li seħħ ġewwa minjiera fis-Siberja. Il-gvernatur lokali qal ma’ AFP li fil-ħin li seħħ l-inċident kien hemm 285 persuna.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident u sorsi qalu li m’hemmx kuntatt mal-ħaddiema li jinsabu rrapportati nieqsa. 

Il-Ministru Russu għas- Sitwazzjonijiet ta’ Emerġenza qal li fil-preżent għaddejja ħidma intensiva ta’ salvataġġ u sa issa 237 persuna nħarġu mill-minjiera u minnhom hemm 45 li qed isofru minn ġrieħi. Huwa tenna li l-bqija għadhom maqbuda fil-minjiera.

Ekonomija

Sport