Sunday, November 24, 2024

Indjan mixli li abbuża sesswalment żewġt itfal minorenni

Aqra wkoll

Indjan ta’ 36 sena, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn kien mixli li xahrejn ilu abbuża sesswalment minn żewġt aħwa subien ta’ 11 u 8 snin.

Fil-Qorti ntqal li kien missier it-tfal li għamel ir-rapport lill- Pulizija. Dan hekk kif il-missier osserva li l-Indjan, li huwa ħabib tiegħu, kien qiegħed jagħmel avvanzi fuq uliedu. Il-missier qal li tkellem mat-tfal u li minkejja l-eta’ tagħhom, iddiskrivewlu dak li kien qiegħed jagħmillhom l-akkużat.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat ġie arrestat nhar it-Tlieta li għadda wara li inħareġ mandat ta’ arrest kontrih. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat li l-Indjan jingħata l-ħelsien mill-arrest.

Filfatt, il-Qorti ċaħdet it-talba tal-akkużat, minħabba l-familjarità li għandu mat-tfal u l-qraba tagħhom, in-natura serja tal-każ u l-biża’ li jaħrab minn Malta.

Il-Qorti, f’dan il-każ kienet presjeduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Kitcher.

Għal l-akkużat dehru l-avukati Franco Debono u Francesca Zarb

Sport