Sunday, December 22, 2024

Infjorata fl-Università biex jinġabru fondi għar-riċerka

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mejju huwa x-xahar sinonimu mal-eżamijiet. Perjodu li jġib miegħu ħafna stress lil bosta studenti. Bil-għan li jinħoloq ambjent aktar seren u fl-istess ħin favur l-ambjent, ġewwa l-quad tal-Università ttellgħet infjorata li se twassal ukoll biex jinġabru fondi għar-riċerka.

L-infjorata kienet inawgurata llum mir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, u se tibqa’ għaddejja sa nhar l-Erbgħa. Il-Ħamis imbagħad bejn is-1.00 p.m. u l-5.00 p.m. l-istudenti u l-istaff huma mħeġġa biex jiġbru pjanta li hemm fl-injorata u jagħtu donazzjoni lill-RIDT — l-entità tal-Università li tiġbor fondi li jmorru għar-riċerka.

Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, waqt l-inawgurazzjoni tal-infjorata fl-Università. Ritratt: Alan Saliba

F’kelmtejn li għamel għal din l-okkażjoni, ir-Rettur tal-Università qal li f’dan il-perjodu tal-eżamijiet wieħed jistenna li jkun xi ftit jew wisq ikun anzjuż għax irid juri x’jaf. Qal li b’dawn il-fjuri huwa ttamat li se jkunu ta’ għajnuna għall-istudenti sabiex jikkonċentraw aktar waqt l-eżamijiet.

“Kemm huwa tajjeb li erġajna hawn għax l-Università kienet wisq kwieta bin-nuqqas ta’ preżenza fiżika tal-istudenti u l-istaff tagħha. Tajjeb ukoll li jkun hawn il-fjuri li jkomplu jsebbħu l-quad mimli bin-nies,” qal il-Prof. Vella.

Ekonomija

Sport