Wednesday, April 24, 2024

“Irridu naraw kif bħala Ewropa nistgħu ngħinu biex inrażżnu l-konsegwenzi tal-immigrazzjoni illegali” 

Id-Deputat Laburista Deo Debattista

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Meta kompla jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-Immigrazzjoni, id-Deputat Laburista Deo Debattista qal li din hija liġi li taħseb biex tirregola l-immigrazzjoni billi nnaqqsu t-tbatija tan-nies li jgħaddu minn dan il-proċess.

Huwa qal li ma teżistix biss immigrazzjoni illegali. Qal li f’pajjiżna l-popolazzjoni żdiedet b’madwar b’100,000 persuna u fost dawn hemm immigranti legali. Qal li fis-snin li ġejin mhux qed nistennew li dan il-fenomenu jonqos. 

“Nagħmlu x’nagħmlu liġijiet, irridu nagħmlu xi ħaġa li ngħinu lil dawn in-nies iżda fl-istess ħin naraw li ma jkollhomx għalfejn jaslu għall-immigrazzjoni. Irridu naraw bħala Ewropa kif nistgħu ngħinu biex inrażżnu l-konsegwenzi ta’ din l-immigrazzjoni illegali. Inrażżnuha mhux billi nibnu ħitan, ma nħalluhomx jiġu jew naħsbu fuq il-konsegwenzi barra l-aspett ekonomiku, l-aspett uman u l-konsegwenzi kollha tiegħu.”

Debattista qal li “Bħala Ewropa għandna l-obbligu li ninvestu aktar f’dawn il-pajjiżi kemm mill-aspett edukattiv, dak tas-saħħa, u l-infrastruttura biex il-problema nittrattawha at source u mhux nittrattaw il-konsegwenzi.”

Sport