Saturday, December 21, 2024

Inħares ‘il quddiem għall-kompetizzjonijiet simili s-sena d-dieħla u nġib iktar esperjenza biex nikkwalifika għall-Olimpjadi – Gail Diacono

Aqra wkoll

Il-boxer Maltija Gail Diacono rebħet midalja storika tal-fidda fil-Kampjonat Ewropew tal-Boxing Under 22 kategorija 63Kg f’Budva l-Montenegro.

Diacono kmieni llum wara nofs-in nhar kienet impenjata fil-finali kontra l-boxer russa Elena Babicheva, bir-Russa toħroġ rebbieħa.

Minkejja li ma rnexxilhiex tirbaħ il-finali, Gail Diacono, xorta kisbet riżultat prestiġġjuż għall-boxing lokali. L-ewwel darba li atleta Maltija qatt waslet sa dan l-istadju f’kampjonat hekk importanti.

Fil-Kampjonat Ewropew U22 fil-Montenegro Gail Diacono kienet akkumpanjata mill-kowċ tagħha Roland Sammut u l-Head Coach tal-Federazzjoni Maltija tal-Boxing Gabriele Martelli.

Intant, f’kummneti li għaddiet lil dan is-sit, hija qalet: li: “Irrapreżentajt lil Malta fil-EUBC U22 Championship fil-Montenegro, fejn irnexxieli nirbaħ kwarti tal-finali kontra l-Montenegro u semi-final kontra l-Armenja, peró, tlift fil-finali kontra r-Russja. Din kienet l-ewwel darba li boxer Malti qatt rebaħ midalja f’Kampjonat Ewropej. Inħares ‘il quddiem għall-kompetizzjonijiet simili s-sena d-dieħla u nġib iktar esperjenza biex nikkwalifika għall-Olimpjadi.”

Ekonomija

Sport