Monday, May 13, 2024

Gail Diacono tikklassifika fit-tieni post fil-Kampjonat Ewropew tal-Boxing

Aqra wkoll

Il-boxer Maltija Gail Diacono irnexxielha tikseb riżultati sbieħ wara li fil-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Boxing Under 22 kategorija 63Kg, kampjonat li qed isir f’Budva l-Montenegro ikklassifikat fit-tieni post.

Gail irnexxielha tagħmel dan, wara l-prestazzjoni tajba li tat il-Ġimgħa waranofsinhar irnexxielha tegħleb lil boxer mill-Armenja Sona Harutyunyan.

Bir-rebħa tal-lum Diacono wriet biċ-ċar kemm hu għal qalbha dan it-tip ta’ sports, tant li f’kumment li kienet tat lil dan is-sit, hija kienet qalet; “dak kollu li ksibt s’issa minn mindu bdejt dan it-tip ta’ sport, ksibtu sforz id-dedikazzjoni tiegħi għax sfortunatament dan it-tip ta’ sport għadu mhux rikonoxxut f’pajjżna”.

Fil-Kampjonat Ewropew U22 fil-Montenegro Gail Diacono hija kienet akkumpanjata mill-kowċ tagħha Roland Sammut u l-Head Coach tal-Federazzjoni Maltija tal-Boxing Gabriele Martelli.

Sport