Saturday, October 26, 2024

“Inħeġġeġ lil dawk li ma telgħux biex jagħmlu bħali u jerġgħu jippruvaw”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Bħalma wegħidtkom ġejt tal-Partit Nazzjonalista wkoll għax jien mal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Jien nirrispetta lil kulħadd u għalija m’hemmx blu jew aħmar”. Qalilna dan Nazzareno Bonnici f’reazzjoni lil Talk.mt hekk kif aktar kmieni attenda għall-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista.

Bonnici awgura lil dawk kollha eletti u ħeġġeġ lil dawk li ma telgħux biex ma jaqtgħux qalbhom u jippruvaw darba oħra. Huwa għal darba oħra qal li hu se jkun qiegħed jagħmel dan hekk kif ikkonferma li se jkun qiegħed jerġa’ jikkontesta fl-elezzjoniji tal-Parlament Ewropew.

“Qatt ma qtajt qalbi u sentejn oħra se nagħmel l-istess biex bħalma dejjem għamilt nibqa’ viċin tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”, temm jgħid Bonnici.

Sport