Saturday, October 26, 2024

“Inħeġġiġkom… Iġbru €500 u tkunu naqqaxtu isimkom fl-istorja tal-PN”

Aqra wkoll

“Malli saffar is-suffara konna preparati. Il-Partit Nazzjonalista huwa lesta. Aħna lesti u intkom ukoll”. Hekk beda biex jgħid is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt l-ewwel rally tal-partit quddiem id-Dar Ċentrali.

Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għandu ħolma għal pajjiżna. Sostna li għax huwa kburi li hu Malti jrid li kulħadd jingħaqad favur il-bidla li hemm bżonn.

Piccinino talab lil dawk preżenti u ħeġġiġhom fl-iskema tal-maduma mnedija mill-partit biex jiffinanzjaw il-kampanja elettorali.

“Inħeġġiġkom iġbru flimkien mal-familji tagħkom, mal-ħbieb tagħkom €500 u flimkien tkunu tajtu sehem dirett biex inkunu għamilna din il-kampanja. Tkunu naqqaxtu isimkom fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista”, kompla s-Segretarju tal-Partit.

Huwa talab lill-pubbliku wkoll biex ikunu partit b’mod dirett f’din il-kampanja billi jingħaqdu mal-voluntiera u jagħtu ftit mill-ħin tagħhom għall-partit.

Sport