Tuesday, May 14, 2024

INĦOBBU LIL MALTA DEJJEM

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba, il-politika barranija ta’ Malta  qed titfassal f’dokument strateġiku, ibbażata fuq l-interessi u l-prinċipji tagħna, il-kostituzzjoni, is-saltna tad-dritt, opportunitajiet ugwali, in-newtralità u s-sostenibbiltà. Biex ikollna politika barranija li sservi lin-nazzjon, l-interessi u liċ-ċittadini tagħna, inklużi dawk il-Maltin li jgħixu lil hinn minn xtutna.

Fl-aħħar sentejn il-Prim Ministru Robert Abela ħa d-deċiżjoni għaqlija li jafda t-tmexxija tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej f’idejn il-Ministru Evarist Bartolo, politiku ta’ integrità, rispettat u ammirat f’Malta u lil hinn minnha. Malta kompliet tikseb ir-rispett tal-ġnus barranin. mhux biss dawk Ewropej, iżda dawk fin-Nord Afrika, fil-Lvant Nofsani, fil-Golf Għarbi,fir-Russja, fl-Istati Uniti, fiċ-Ċina. Dawn il-ġnus komplew għarfu li Malta, minkejja ċ-ċokon tagħha, hija interessata biss li twassal il-politika tas-sliem.

Matul dawn is-sentejn Malta żammet l-aqwa relazzjonijiet mal-pajjiż ġirien tagħna l-Libja. Fl-aktar żminijiet diffiċli il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Evarist Bartolo żaru l-Libja biex isaħħu r-relazzjonijiet mat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż. Bil-politika ta’ ħbiberija ta’ Malta mal-Gvern Libjan matul is-sena li għaddiet eluf ta’ immigranti irregolari ma qasmux lejn Malta.  Din il-ġimgħa il-Ministru Libjana Najla Mangoush iżżiet ħajr lil Malta tal-appoġġ li qed tagħti lill-Ġnus Magħquda biex il-Libjani jgħixu f’Libja magħquda, sovrana u prospera. Dan wara li l-konsulent speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda ‘laqgħet l-appoġġ bla waqfien tal-Istat ta’ Malta għall-ħidma tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja u l-ħtieġa li l-elezzjonijiet jerġgħu lura fit-triq stabbilita tagħhom.’ 

Sadattant Malta kompliet tintensifika l-ħidma tagħha favur il-kandidatura tagħha għal siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda bejn 2022-2023. Malta qed tinsisti li jekk tkun eletta fil-Kunsill tas-Sigurtà tkompli taħdem għas-sliem, fosthom biex tliet kwarti tal-oċean, li ma jappartjenu għal ebda pajjiż, jiġu dikjarati wirt komuni dinji.

Fil-ġimgħat li ġejjin il-poplu Malti u Għawdxi se jkun mitlub jagħżel iridx lil pajjiżna jkompli jkun fdat f’idejn min iħobb lil Malta biex inżidu naħdmu għas-sliem fost il-ġnus għall-ġid tagħna infusna u tal-bqija tal-umanità. L-għażla f’idejna!

Sport