Thursday, December 26, 2024

Inħossni eċċitat għal din is-sena li ġejja ma’ Swieqi United – James Vella

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn ta’ etá żgħira ta’ tliet snin ommi kienet bagħtitni nittrenja fin-nursery ta’ San Ġwann FC. Jien u nikber, missieri kien ukoll iħobb ħafna l-futbol partikolarment lil Liverpool, fejn hemmhekk kibret iktar l-imħabba tiegħi lejn dan l-isport kif ukoll lejn it- tim tal-Liverpool. 

X’tikkummenta fuq l-esperjenza passata tiegħek ma’ Sliema Wanderers?

Ma’ Sliema kelli esperjenzi ferm sbieh kif ukoll xi ftit iebsa. L-ewwel sena tiegħi hemmhekk kienet memorabbli. Kelli l-opportunitá li nilgħab u nkun parti mit-tim li kiseb ir-rebħ taċ-Challenge League mingħajr l-ebda telfa.

Deħlin għat-tieni sena, fil-pre-season, sfortunatament kelli injury li żammitni milli nilgħab il-biċċa kbira mill-istaġun. Din kienet diffiċli ħafna għalija imma bis-saħħa tal-klabb tas-Sliema, sħabi l- plejers, il-coaching staff u l-physios li ħdimt taħthom, irnexxieli nerġa’ niġi għal-livell li kont. Wara tmien xhur irnexxieli nerġa’ nidħol mat-tim, fejn kelli l-opportunita li nkun parti mill-iskwadra tal-FA Trophy fej ħriġna b’suċċess. It-tieni sena kienet sena mimlija tagħlim, minn perspettiva tal-injury kif ukoll mis-suċċess li ksibna bħala skwadra.

Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Swieqi United?

Inħossni eċċitat għal din is-sena li ġejja, u għal din l-opportunitá ġdida grazzi għal Swieqi United u Sliema Wanderers FC. Personalment, hija sena ferm importanti għalija bl-għan prinċipali jkun li tinżamm ċerta konsistenza fil-logħba tiegħi, niżviluppa bħala plejer, u nagħti kontribut lit-tim tas- Swieqi biex ukoll nilħqu l-għanijiet tagħna taht id-direzzjoni tal-kowċ, Pablo Doffo.  

Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.

Huwa dejjem unur għalija meta niġi magħżul biex nirraprezenta lil Malta. Hija wkoll oppurtunitá fejn ikollna taħriġ ta’ livell għoli u jkollna ċ-ċans li nilagħbu kontra pajjiżi ta’ ċerta statura. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Importanti li jekk tixtieq tirnexxi fil-futbol trid tkun lest tissagrifika ħafna affarijiet kif ukoll ma tħalli xejn jaqtalek qalbek. Ovvjament importanti li dejjem iżżomm saqajk mal-art u tkompli taħdem u titgħallem minn plejers ta’ esperjenza. Importanti li tkun ukoll mentalment u fiżikament dejjem ippreparat għal kull opportunitá li taf tinqala’!

Ekonomija

Sport