Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta nieda l-inizjattiva ECO Valletta
, proġett ambjentali ġdid bl-għan li jagħmel il-Belt Valletta aktar sostenibbli.

Din l-inizjattiva tilqa lin-negozji li jwettqu Corporate Social Responsibility (CSR) fil-Belt sabiex jitħawlu siġar fiż-żoni madwar il-belt Valletta, kif ukoll bkollaborazzjoni mar-residenti fl-inħawi ta
fejn joqgħodu.
L-ewwel parti tal-proġett se tkun qed titwettaq grazzi għall-kontribut ġeneruż tal-Embassy Valletta Hotel, li qed joffri numru sabiħ ta’ siġar taż-żebbuġ biex jitħawlu fi spazji magħżula madwar il-Belt. Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal: “Dan il-proġett huwa pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba biex nagħmlu l-Belt tagħna aktar sostenibbli.

Billi nżidu l-ammont ta’ siġar fil-Belt, mhux biss se nsaħħu s-sbuħija madwarna, iżda wkoll intejbu l-kwalità tal-arja u noħolqu ambjent aħjar għar-residenti u l-viżitaturi.

Inħeġġeġ kemm lin-negozji kif ukoll lir-residenti sabiex jissieħbu f’din l-inizjattiva u jikkontribwixxu għal Belt Valletta aktar sabiħa. Il-General Manager tal-Embassy Valletta Hotel, Hubert Debono, tenna: “Aħna nemmnu li n-negozji għandhom rwol ewlieni fil-ħarsien tal-ambjent li fih jaħdmu u joperaw. Permezz ta’ din l-inizjattiva, qed nagħtu lura lill-komunità Beltija u nikkontribwixxu għal ambjent aktar sostenibbli.
Għalina, din hija wegħda ta’ rispett lejn il-Belt Valletta u l-komunità tagħha.”