Wednesday, December 25, 2024

“Inkellmuk imma s-silenzju tiegħek inikkitna”

Oħt Paulina Demska ssellem il-memorja ta' oħtha b'messaġġ ta' qsim il-qalb

Aqra wkoll

“Proprju sentejn ilu rċevejt l-aħħar messaġġ mingħandek”. Iddikjarat dan oħt Paulina Dembska sentejn wara l-qtil li seħħ sentejn ilu fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema. Il-Pollakka ta’ 29 sena kienet nstabet bla ħajja għall-ħabta tas-6:30 a.m u b’rabta mal-qtil tagħha hemm iż-żagħżugħ Abner Aquilina li qiegħed jistenna biex jgħaddi ġuri.

Oħt il-vittma kitbet messaġġ fejn qalet li għalkemm jgħidu li biż-żmien jittaffa’ l-uġigħ, hija taħsibha differenti u li huwa aħna li nidraw ngħixu fis-sofferenza biex jirnexxielna ma niġġennux.

Hija esprimiet kemm hu diffiċli li tipprova tagħmel sens minn dak kollu li seħħ minn dak l-aħħar messaġġ. 

“Huwa minnu li nkellmuk u nitkellmu dwarek, imma mhix l-istess ħaġa. Is-silenzju tiegħek inikkitna. Għinna nifhmu li inti tinsab tajba”, kompliet tikteb.

Hija temmet tindirizzaha li kamritha għadha tinxtamm bir-riħa tagħha u li ma tantx inbidlet ħlief għall-fatt li hemm xkaffa tal-kotba ġdida.

Ekonomija

Sport