Friday, May 3, 2024

Inqas minn 1,000 persuna jirreġistraw għax-xogħol

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’April li għadda, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien dak ta’ 963, li jfisser tnaqqis ta’ 1,285 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel. 

Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fuq informazzjoni provduta minn JobsPlus turi li kien hemm tnaqqis ta’ 1,200 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 85 persuna jirreġistraw taħt Part 2. It-tnaqqis fil-livelli tal-qgħad kien irreġistrati fil-gruppi kollha ta’ etajiet, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. 

L-istatistika turi li kien hemm tnaqqis fost dawk li kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u anke dawk li kien ilhom ifittxu impjieg bejn 21 u 52 ġimgħa. Kien irreġistrat ukoll tnaqqis fost dawk li kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena. 

L-istatistika turi wkoll li naqsu bi 12 l-ammont ta’ persuni b’diżabilità jfittxu impjieg biex issa hemm total ta’ 247 persuna b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol.

Sport