Friday, May 17, 2024

Jarrod Bowen u James Justin jiksbu l-ewwel sejħa għall-Ingilterra għan-Nations League

Aqra wkoll

Jarrod Bowen ta’ West Ham United u James Justin ta’ Leicester City kisbu l-ewwel sejħa għall-Ingilterra għan-Nations League.

L-istaġun 2021-22 ta’ Bowen ra lill-player ta’ 25 sena jirreġistra 18-il goal u 13-il assist f’51 ħarġa għat-team immexxi minn David Moyes, inklużi ċifri doppji fil-goals u assists fil-Premier League.

Bowen kien nominat għall-premju tal-Player tal-Istaġun tal-Premier League wara l-istaġun mill-aqwa tiegħu, u r-l-player ta’ West Ham huwa wieħed miż-żewġ players li kiseb l-ewwel sejħa mal-Ingilterra.

Intant, l-ex player internazzjonali ta’ taħt il-21 sena James Justin għamel biss 19-il dehra ma’ Leicester matul l-istaġun kollu minħabba injury gravi fl-irkoppa, iżda l-player ta’ 24 sena xorta waħda ssejjaħ mat-team nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu.

Sport