Saturday, October 26, 2024

Instab li kien qed jgħix f’pajjiżna illegalment wara li ma libisx iċ-ċinturin waqt is-sewqan

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena ġie kkundannat erba’ xhur ħabs, sospiżi għal sentejn. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li kien qiegħed jgħix f’pajjiżna b’mod illegali u mingħajr ebda permessi.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Clayton Camillieri, spjegt li l-każ seħħ l-Erbgħa li għadda, fejn allegatament Tarek Hossen twaqqaf minn uffiċjal tal-LESA, hekk kif ġe innutat li dan kien qiegħed isuq f’Birkirkara miingħajr ċinturiin tas-sigurtá u li kien qed juża l-mowbajl waqt li jsuq.

L-Ispettur Camilleri spjega wkoll li wara li Tarek intalab biex iwarrab f’kantuniera, l-uffiċjali ndunaw li dan kellu d-dokument tal-identità skaduta u kien għalhekk li l-uffiċjali tal-LESA għamlu kuntatt mal-Pulizija.

Quddiem il-Maġistrat Gianella Caruana Busuttil, l-akkużat ammetta għall-akkużi miġjuba kollha, bil-Prosekuzzzjoni tirrimarka l-ammissjoni bikrija ta’ Tarek. Kien hawn, fejn l-Ispettur Camilleri irrimarka li l-akkużat ma kellux flus biżżejjed biex iħallas il-multi mogħtija mill-Qortii.


Fil-Qorti ġie spjegat li bħalissa għaddejjin proċeduri bil-ħsieb li Hossen jiġi deportat lura lejn il-Greċja, bid-Difiża tgħid li Tarek għandu kundizzjoni medika u li għalhekk ma setax isiefer.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża, il-Maġistrat Caruana Busuttil sabet lil Hossein ħati għall-akkużi miġjuba kontrh. Minbarra s-sentenza sospiża, huwa ingħata multa ta’ €260 u ingħad li ma jistax isuq għal perjodu ta’ sena u xahar.

Sport