Wednesday, July 24, 2024

Immultat €4,000 talli kien qed jaħdem bħala bouncer mingħajr liċenzja f’Paceville

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 27 sena ġie mmultat €4,000 wara li l-Qorti sabitu ħati li fl-2022, kien qed jagħmel xogħol ta’ bouncer f’Paceville mingħajr ma’ kellu ebda liċenzja biex ikun jista’ jagħmel dan it-tip ta’ xogħol.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Keith Xerri spjegat li l-akkużat Marko Mitrovic nqabad mingħajr il-liċenzja ta’ bouncers sentejn ilu, wara li allegatament kien hemm ġlieda f’Paceville stess. Fil-Qorti, Marko instab ħati wkoll li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel u li kiser l-paċi pubblika.

Il-Qorti preseduta mill- Maġistrat Nadine Sant Lia kkundannat lill-akkużat sena u nofs ħabs sospiżi għal tliet snin. Huwa ġie ordnat ukoll sabiex iħallas €850 fi spejjeż tal-Qorti. Il-Maġistrat Lia ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin favur il-vittma għal tliet snin.

Ekonomija

Sport