Thursday, December 26, 2024

“Int min int, se nagħmlu minn kollox biex tiffaċċja l-ġustizzja li ħaqqek!”

Aqra wkoll

“Qed nikteb b’dieqa profonda, hekk kif bħal ħafna minnkom, l-inċident li seħħ lbieraħ f’Sannat, Għawdex iddisturbani u ħallieni rrabjata ħafna.” Iddikjarat dan il-Kummissarju tal-Ħarsien tal-Annimali f’reazzjoni għall-aħbar taż-żewġt iklieb li allegatament sfaw maqtula fis-Sannat ilbieraħ filgħaxija. 

Il-Kummissarji żiedet tgħid li filwaqt li l-verità sħiħa dwar il-mewt ta’ dawn iż-żewġt iklieb għad trid toħroġ, dan il-każ għandu jservi bħala tfakkira qawwija tax-xogħol li għad baqa’ xi jsir

Qalet ukoll li jeħtieġ li ningħaqdu fil-kundanna ta’ atti kodardi u brutali kontra l-annimali li ma joffru xejn ħlief imħabba u lealtà bla tarf.

“Lil dawk responsabbli għal dan l-att faħxi, kunu afu li qatt mhu ser nittolleraw dan it-tip ta’ trattament fuq annimali innoċenti u ser nagħmlu minn kollox biex int min int, tiffaċċja l-ġustizja li ħaqqek”, kompliet tgħid il-Kummissarju tal-Annimali filwaqt li appellat lil kull min iħobb l-annimali biex jingħaqdu u jsemmgħu leħinhom għal aktar infurzar effettiv tal-liġijiet tagħna.

“Jalla li dawn iż-żewġt iklieb innoċenti ma batewx u jalla jafu li mhux ser nistrieħu sakemm tinkixef il-verità u ssir ġustizzja magħhom”, temmet tgħid.

Ekonomija

Sport