L-attakkant internazzjonali Franċiż, Marcus Thuram, huwa l-objettiv numru wieħed ta’ Inter għas-suq ta’ Jannar li jiftaħ ftit tal-jiem oħra.
Huwa għalhekk li Beppe Marotta u Piero Ausilio se jkunu qed jiltaqgħu mar-rappreżentant tal-player li bħalissa jinsab miktub fil-kotba ta’ Borussia Monchengladbach.
Thuram jidher li qed tinteressah din l-offerta għalkemm irid jara li i Nerazzurri jissodisfaw il-kriterji finanzjarji tat-tim Ġermaniż.