Tuesday, May 14, 2024

Erba’ żgħażagħ Żvizzeri jolqtu l-għajn ta’ clubs Ewropej

Aqra wkoll

Wara l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja pożittiva li kellu t-tim nazzjonali Żvizzeru, diversi players żgħażagħ qed jiġu segwiti mill-aqwa timijiet Ewropej mill-Ingilterra, l-Italja u Spanja.

Erba’ players partikolari qed jolqtu l-għajn u dawn huma Ardon Jashari li għandu 20 sena u jilgħab ma’ Lucerne, Fabian Rieder li għandu l-istess eta’ u jilgħab ma’ Young Boys, Noah Okafor ta’ Salzburg u Breel Embolo ta’ 25 sena li hu rreġistrat ma’ AS Monaco.

Dawn l-erba’ żgħażagħ lagħbu f’xi mument jew ieħor f’din l-edizzjoni u hemm ħsieb li f’Jannar li ġej ibiddlu d-destinazzjoni tagħhom. 

Sport