Hekk kif Inter għadhom ewforiċi wara l-aħħar riżultati pożittivi li kisbu fil-UEFA Champions League u l-Coppa Italia, id-diriġenti Nerazzurri diġa’ qed jaħsbu għall-istaġun li ġej hekk kif żewġ plejers mistennija jġeddu l-kuntratt tagħhom.
Dawn huma Alessandro Bastoni u Hakan Calhanoglu. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit ukoll minn Paris St Germain, Manchester City u anke Juventus.
Madankollu Inter mhux beħsiebhom iċeduhom anzi l-kowċ Simone Inzaghi jqishom bħala importanti fil-metodu tattiku tiegħu.