Saturday, May 4, 2024

“Inti l-eroj tiegħi u l-eroj tal-Ukrajna”

- Yevhen Yalyshev, missier l-Ukren ta’ 14-il sena li tilef ħajtu f’Odessa

Aqra wkoll

“Inti l-eroj tiegħi u l-eroj tal-Ukrajna”. Dak hu l-messaġġ li kiteb Yevhen Yalyshev, missier il-vittma li tilef ħajtu nhar it-Tnejn li għadda waqt attakk li kien hemm f’Odessa.

Viacheslav Yalyshev, Ukren ta’ 14-il sena, tilef ħajtu meta żewġ rockets laqtu dormitorju u kissru s-saqaf ta’ knisja li kien hemm fil-qrib. Huwa se jibqa’ mfakkar bħala eroj hekk kif issagrifika ħajtu biex isalva ħajjet il-ġirien tiegħu. F’dak il-mument meta sema s-sireni li bdew iħabbru attakk mill-ajru f’Odessa, minflok ma mar jistkenn fix-xelter, telaq jażva lill-anzjani li kien hemm fil-madwar.

Il-missier ikkonferma dan u żied jgħid li ibnu kien jinsab inkwetat li l-ġirien jaf m’għandhomx l-apps installati fuq il-mowbajl sabiex ikunu jistgħu jżommu ruħhom infurmati meta jkun hemm xi attakk mill-ajru.

Bosta qraba u ħbieb iddeskrivew lil Viacheslav bħala persuna intelliġenti, li jħobb jistudja u li huwa student b’futur promettenti. Waqt li kienu jkunu niżlin il-bombi jew il-missili mill-ajru, huwa saħansitra kien jirnexxilu jibqa’ jistudja u jagħmel il-homework.

Is-Sindku ta’ Odessa, Gennady Trukhanov, qal li “M’hemmx maħfra għal dawk li joqtlu nies innoċenti, speċjalment għal dawk l-individwi li joqtlu lit-tfal”.

Sport