Friday, April 26, 2024

“Jiena qatt ma ddiskutejt proklama ta’ ħadd, ma’ ħadd” – Bernard Grech

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ċaħad bl-aktar mod assolut li qatt iddiskuta proklama ta’ ħadd, ma’ ħadd.

Dan wara li Jason Azzopardi għamel dikjarazzjoni fuq il-midja soċjali fejn mhux biss ħabbar li rriżenja mill-PN iżda fl-istess waqt għamel numru ta’ allegazzjonijiet.

Meta llum Grech ġie mistoqsi mill-ġurnalisti jekk qatt kienx f’xi laqgħa jew f’post ma’ qraba ta’ Yorgen Fenech fejn ġie diskussa l-proklama jew tqajmet bħala kwistjoni, huwa qal li l-allegazzjoni li saret huwa indirizzaha bl-aktar mod kategoriku. 

“Jiena qatt ma ddiskutejt proklama ta’ ħadd, ma’ ħadd. Naħseb iċ-ċaħda hija kategorika ċara mhux biss dwar Yorgen Fenech iżda dwar kull persuna oħra. Iċ-ċaħda hija ċara u assoluta,” qal Grech.

Żied jgħid li Azzopardi qatt ma qajjem dawn l-allegazzjonijiet miegħu qabel l-elezzjoni.

Grech sostna li Jason Azzopardi xorta jista’ jkollu futur mal-PN. F’dan ir-rigwarrd Grech qal li “Nirrispetta lil kulħadd. Tinteressani l-opinjoni ta’ kulħadd, partikolarment tal-persuni li huma parti mill-familja Nazzjonalista. Allura jista’ jkun li Jason Azzopardi għada, pitgħada jew illejla, jew ġimgħat oħra, jgħid affarijiet li huma ta’ interess li jikkontribwixxu.”

Mistoqsi jekk hemmx ġlied fil-PN, Grech qal li m’hemmx.

Sport