Saturday, May 4, 2024

Serqa minn ħanut fil-Floriana; Tfittxija għall-aggressur

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tas-1.30p.m. il-Pulizija kienet infurmata li seħħet serqa ġewwa ħanut li jinsab fi Triq San Tumas fil-Floriana.

Minnufih il-Pulizija marret fuq il-post, filwaqt li kelliem għall-Pulizija qalilna li għadha għaddejja t-tfittxija għall-aggressur.

B’xorti t-tajba ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Sport