Tuesday, October 1, 2024

“Intom mhux biss l-anzjani tal-preżent imma l-bażi li fuqkom inbniet is-soċjetà tagħna kif nafuha llum”- Il-PM Robert Abela

- L-anzjani l-bażi għal soċjetà b’saħħitha

Aqra wkoll

F’laqgħa mal-Veterani Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela emfasizza kif il-kontribut tal-anzjani fil-komunitajiet qed iwassal għal popolazzjoni anzjana iżjed attiva filwaqt li tikkontribwixxi għall-ekonomija tagħna. Fi ħdax -il sena, l-ammont ta’ anzjani fi mpjieg irdoppja tant li llum għandna għoxrin elf anzjan fid-dinja tax-xogħol.

Il-Prim Ministru emfasizza kif il-kwalità tal-ħajja ma tispiċċax mal-mument li ssiru anzjani. Partit Laburista fil-Gvern qed jara u se jkompli jara li l-anzjani jgħixu bl-iktar mod komdu, dinjituż u fuq kollox f’komunitajiet Maltin li jgħożżuhom u li fihom isibu dak kollu li jkollhom bżonn.

Sport