Monday, November 4, 2024

L-Ekonomija Maltija ta’ din is-sena bl-ewwel rating ta’ A+ minn Fitch Ratings

Aqra wkoll

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, magħrufa bħala Fitch Ratings ikkonfermat ir-rating ta’ A+ f’pajjiżna għal din is-sena, bi prospetti stabbli għal pajjiż.

Fir-rapport, ippublika minn bosta esperti mill-istess aġenzija imsemmija, ġie innutat kif, l-ekonomija ta’ pajjiżna għas-sena 2023 kienet dik ta’ 5.6%.

Dan it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna juri li huwa b’saħħtu iktar minn dak irreġistrat. fiż-Żona Ewro, hekk kif dan għandu tkabbir minimu ta’ 4.0 %.

Intqal ukoll li b’din ir-rata, l-ekonomija ta’ Malta fis-sentejn li ġejjin, mistennija tibqa’ tikber b’rata ta’ 4%.Fitch qalet ukoll li r-rata ta’ qgħad mistennija tibqa anqas minn dik li kellu pajjiżna qabel il-pandemija.

Dan ir-rapport tal-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali jinnota l-ħidma tal-Gvern, speċjalment għal ħidma tiegħu sabiex inaqqas ir-rata tal-għoli tal-ħajja. Fir-rapport issemma l-fatt li l-Gvern investa u għadu jinvesta sabiex il-prezzijiet tal-elettriku u fjuwils fost oħrajn jibqgħu stabbli.

B’rabta ma’ dak li għadha kif ippublikat l-aġenzija, il-Prim Ministru ta’ pajjiżna, Robert Abela, sostna li l-aġenzija Fitch tat irrata ta’ A+. Semma kif l-inflazzjoni nieżla grazzi għas-sussidji tal-enerġija ul-fjuwils, li tant ilu jaħdem fuqha l-Gvern.

Sport