Monday, May 13, 2024

Ordnat iħallas €24,465 wara li nżamm responsabbli li weġġa’ kollega bil-logħob tan-nar

Aqra wkoll

Raġel li kien jaħdem fil-kċina tar-Residenza  San Vinċenz de Paule ġie ordnat sabiex kumpens ta’ xejn inqas €24,465 lil kollega li kien jaħdem miegħu. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li kawża ta’ ċajta goffa li għamel bil-logħob tan-nar, kkawża ġrieħi fuq il-kollega tiegħu. 

Il-vittma, Carmel Falzon kien fetaħ kawża quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, kontra Valentin l-kollega tiegħu, Ivanov Nechev u kontra l-Kap Eżekuttiv tar-Residenza San Vinċenz.

Fil-Qorti, Carmel spjega li l-każ imur lura għal Settembru tal-2018. Sostna li waqt li hu u Nechev kienu qed jagħmlu xi xogħol fil-kċina, allegatament, Nechev tefa’ spulżjoni tal-logħob tan-nar. Irrimarka kif minkejja din ma kinitx l-ewwel darba li sar inċident bħal dan u li għalhekk minħabba li reġgħa ddaħħal mingħajr ma ttieħdet azzjoni żamm lir-residenza responsabbli.  

Fil-kawża li nstemgħet quddiem l-Imħallef Toni Abela rriżulta li Nechev ittella’ quddiem bord ta’ dixxiplina li wasal għall-konklużjoni li kien hemm biżżejjed provi biex jittieħdu passi kontrih. Dan għaliex, din ma kinitx l-ewwel darba li Ivanov għamel ċajt goffi bħal dawn lill-kollegi tiegħu. Ħaddiema tar-residenza xehdu kif raw lil Nechev jitfa’ xi ħaġa u waqt li kien hemm min qal li tefa’ bomba kien hemm min qal li tefa’ faqqatura.

L-Imħallef Abela qal li mill-provi li tressqu quddiem jinsab konvint li l-ħsara li sofra fis-smigħ, Falzon kien dovut għal għemil Nechev u kien għalhekk li żammu responsabbli.

Fl-istess waqt ma żammx responsabbli lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u lill-Kap Eżekuttiv tar-Residenza San Vinċenz responsabbli għax qal li għalkemm huwa minnu li l-inċident seħħ fuq il-post tax-xogħol ma ġiex pruvat li l-awtoritajiet kienu jafu li qed iseħħ ċajt goff u ma għamlu xejn anke għax qatt ma sarilhom rapport.

Sport