Il-Pulizija tinsab għaddejja b’investigazzjoni dwar każ ta’ ħruq ta’ vetturi li seħħ għall-ħabta tal-12:15 a.m fi Triq Feliċ Borg f’San Ġwann.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/11/incident-gwann.jpg)
Minn stħarriġ illi sar jidher li karozza tal-għamla BMW inħakmet minn nirien u sussegwentament kien hemm ħames karozzi oħra (Mazda, Nissan, Toyota, Mazda u Citroen), Ħanut u residenza li sofrew ħsarat. Barra minn hekk xi bini, inkluż ħanut biswit il-karozzi li kienu pparkjati wkoll ġarrbu xi ħsarat kawża tan-nirien qawwija li ħakmu l-imsemmija triq.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2022/11/Screenshot-2022-11-18-at-18.03.49.png)
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Charmaine Galea li ħatret inkjesta b’rabta ma’ dan l-inċident.