Wednesday, April 24, 2024

Investigazzjoni interna f’San Vinċenz b’rabta mal-għejbien ta’ anzjan

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela talab investigazzjoni interna wara li anzjan residenti f’San Vincenz De Paul kien irrappurtat nieqes matul il-jum tat-Tlieta, 28 ta’ Ġunju. 

L-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz De Paul irrappurtat lill-awtoritajiet konċernati li l-anzjan, Karmenu Fino, kien nieqes u b’hekk setgħu jibdew it-tfittxija minnufih.

Il-ministeru kien ukoll infurmat b’dan l-iżvilupp mill-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz u filwaqt li t-tfittxijiet jinsabu għaddejjin, il-ministru ordna li dan il-każ ikun mistħarreġ biex wieħed jistabbilixxi l-fatti u jekk ikun hemm il-ħtieġa jsiru wkoll rakkomandazzjonijiet.

Din l-investigazzjoni interna se titmexxa mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia.

Sport