Friday, May 3, 2024

Jammetti li ħebb għal tliet suldati fl-ajruport

Aqra wkoll

Nikoloz Kvantaliani ta’ 38 sena mill-Ġorġja kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar u mmultat €4,000 wara li ammetta li ħebb għal tliet suldati tal-Forzi Armati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Il-każ seħħ nhar it-Tlieta li għadda, għall-ħabta tat-8.30 a.m. Jidher li Kvantaliani kellu xi jgħid ma’ passiġġier ieħor waqt li kienu fuq titjira lejn Malta u meta niżlu mill-ajruplan kien hemm is-suldati fuq il-post. 

Fil-Qorti ntqal li Kvantaliani beda jsabbat, kien fi stat ta’ sakra u avviċina lis-suldati li beda jipponta subajgħ lejhom u allegatament beda jħebb għalihom sakemm ġew il-Pulizija fuq il-post u arrestawh. 

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras fejn wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u ngħata sentenza sospiża flimkien ma’ multa. 

Il-Posekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone.

Sport