Tuesday, May 14, 2024

Malta U19 se jipparteċipaw fl-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena tal-Futsal se jkun qed jipparteċipa fl-Enemed Futsal League tal-istaġun li ġej.

Dan sar magħruf wara l-laqgħa ġenerali annwali li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal bil-viċi-president tal-MFA Matthew Paris u d-direttur tekniku tal-Futsal & Beach Soccer Mark Marlow li aċċettaw l-istedina tal-FMA u jagħtu ċ-ċans lill-plejers żgħażagħ li kienu qed jipparteċipaw b’mod regolari fil-kompetizzjonijiet ta’ taħt is-16-il sena.

Huma sejħu din l-idea bħala ċans tajjeb li dan it-tim itejjeb il-ħiliet tiegħu f’dan l-isport u jkunu lesti għall-impenji futuri fuq livell internazzjonali. 

Din il-parteċipazzjoni saret possibbli wara l-kollaborazzjoni eċċellenti li teżisti bejn l-FMA u l-MFA sabiex il-parteċipazzjoni fil-futsal tkompli titkattar.

Sport