Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Għat-tieni darba Man Utd jirrifjutaw offerta għal Harry Maguire mingħand Barcelona

Għat-tieni darba Man Utd jirrifjutaw offerta għal Harry Maguire mingħand Barcelona

0
708

Manchester United irrifjutaw proposta ta’ trasferiment minn Barcelona li kienet tara lil Harry Maguire jintuża bħala parti minn ftehim għal Frenkie de Jong.

Ir-Red Devils ilhom f’negozjati mat-team immexxi minn Xavi dwar ftehim ma’ De Jong għal diversi ġimgħat, b’Erik ten Hag jidentifika lill-player ta’ 25 sena bħala l-mira ewlenija tiegħu tas-sajf.

De Jong u Ten Hag gawdew minn esperjenza ta’ suċċess ma’ Ajax qabel ma De Jong ingħaqad mal-ġganti Katlani għas-somma ta’ £77.4m lura fl-2019, u hu jibqa’ taħt kuntratt fil-Katalunja għal erba’ snin oħra.