Friday, December 13, 2024

Investiment ta’ miljun ewro biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku fil-Baħrija

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret investiment ta’ miljun ewro biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku fil-Baħrija u l-madwar.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli qalet li sa ftit taż-żmien ilu, il-Baħrija kienet komunità żgħira iżda din kompliet tikber maż-żmien fejn illum il-ġurnata qed nitkellmu dwar post fejn fih għandu kważi 700 familja, jiġifieri 3,000 residenza. F’dan ir-rigward, qalet li ma kibritx bl-istess mod l-infrastruttura tal-elettriku.

Żiedet tgħid li permezz tal-investiment li qed jagħmlu, b’investiment ta’ €1 miljun, qed jaraw li jsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’din il-lokalità li sal-ġurnata tal-lum, anke minħabba n-numru ta’ wires li hemm għaddejin proprju minn fuq it-toroq u l-għelieqi, kien hemm sistema fejn kienet qiegħda għall-elementi tan-natura. Qalet li permezz ta’ dan l-investiment, qed jaraw li jkun hemm sistema aktar robusta u aktar b’saħħitha.

Fil-fatt l-ewwel parti tal-investiment, li hija ta’ madwar €400,000 huwa x-xogħol li qed isir biex ikun hemm cable ta’ madwar 2km biex isaħħu s-sistema b’dak il-mod. Spjegat li l-kumplament tal-investiment se jsir biex ikun hemm apparat aktar modern fejn jidħlu s-substations biex ikollna wkoll l-automation ħalli meta jinqalgħu l-ħsarat, dawk il-ħsarat ikunu jistgħu jitranġaw fl-inqas żmien possibbli.

Qalet li dan huwa biss parti mill-pjan ta’ investiment li qed jagħmlu matul din is-sena, liema pjan huwa mifrux fuq ħames snin u li qed iħares lejn lokalitajiet differenti.  Temmet tgħid li l-għan tagħhom huwa li dejjem joffru servizz dejjem aħjar lir-residenti tal-lokalitajiet differenti.

Iċ-Ċermen tal-Enemalta Jonathan Scerri qal li dan l-intervent fil-Baħrija, li mhux intervent żgħir, mhux intervent iżolat fejn qed jinvestu f’diversi lokalitajiet u f’diversi livelli tan-network tagħhom. Semma kif qed jagħmlu investimenti qawwijin ħafna f’dawk li huma ċentri tad-distribuzzjoni, kemm f’Marsaskala, kemm f’Ħal Tarxien, kemm f’dak tal-Imrieħel u qed jippjanaw biex iniedu ċentru tad-distribuzzjoni ġdid fiċ-ċentru ta’ Malta.

Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll is-Sindku Sandro Craus li ddeskriva dan il-proġett bħala ħolma li qed issir realtà.

Ekonomija

Sport