Tuesday, May 14, 2024

Tottenham Hotspur iridu lil Victor Osimhen

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur identifikaw lill-attakkant ta’ Napoli, Victor Osimhen, bħala mira tat-trasferiment tas-sajf.

Spurs akkwistaw lil Rodrigo Bentancur u Dejan Kulusevski mingħand Juvsntus matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Madankollu, huma għadhom qed ifittxu li jakkwistaw attakkant ġdid, jew biex jipi utilizzat flimkien ma’ Harry Kane jew bħala sostitut dirett jekk dan tal-aħħar jagħżel li jħalli l-club.

Spurs staqsew dwar id-disponibbiltà ta’ Osimhen ix-xahar li għadda, minkejja li kienu qed jistennew li Napoli jitolbu ħlas kbir ta’ trasferiment.

Kif kien antiċipat, trasferiment ma seħħx għall-player li għandu valur ta’ £70 miljun, iżda Spurs qed jippjanaw li jirritornaw għall-internazzjonali tan-Niġerja qabel il-bidu tal-istaġun 2022-23.

Il-player ta’ 23 sena impressjona matul it-18-il xahar tiegħu ma’ Napoli, fejn skorja 19-il goal f’46 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Sport