Sunday, November 24, 2024

Ippjanat li l-Villaġġ tal-Karnival jieħu l-forma ta’ kumpless għall-Arti u l-Kultura

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt id-diskussjoni dwar l-estimi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kif imħabbra fil-Budget 2022, il-Ministru José Herrera tkellem ukoll dwar il-villaġġ tal-Karnival. Huwa qal li dan il-Gvern huwa impenjat li din il-wegħda titwettaq. “Dan huwa proġett li wellidnieh aħna bħala Gvern. Matul dawn l-aħħar snin beda xogħol fuq dan il-proġett iżda kien hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati.

“Ftit wara li kien beda x-xogħol ta’ twaqqigħ u skavar fil-Villaġġ tal-Karnival fil-Marsa kif kien ippjanat u approvat, ġew skoperti xi fdalijiet arkeoloġiċi li kellhom jiġu studjati, dokumentati u priservati. Dan ix-xogħol tawwal xi ftit iż-żmien tal-implimentazzjoni tal-proġett. Sadanittant dan il-proċess kien hemm ukoll it-tibdil fil-prezzijiet tar-rimi ta’ rdim li ħoloq.

“Qed jiġi ppjanat li dan il-proġett jieħu l-forma ta’ kumpless għall-komunità tal-arti u l-kultura. Il-Gvern qed jalloka din is-sena €1.3 miljun sabiex jiġi żviluppat pjan u proposta li flimkien ma’ interventi neċessarji se jwasslu għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.”

“Proġett ħolistiku fejn fi ftit tal-ġimgħat oħra se nkunu f’pożizzjoni li nħabbru kumpless li se jirriġenera żona speċifika tal-Marsa. Il-kumpless issa huwa ppjanat li jinkludi fih apparti l-imħażen u ċentru interattiv flimkien ma’ mużew tal-Karnival, studios għar-reherseals tal-mużiċisti u fejn isiru provi għaż-żfin u post fejn isiru laqgħat u korsijiet għal artisti u dixxiplini varji oħra,” żied jispjega l-Ministru Herrera.

Sport