Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li r-raġel li weġġa’ aktar kmieni fil-mutur f’Għajnsielem itella’ permezz ta’ ħelikopter l-Isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi li sofra.
Jidher li r-raġel kien sejjer biex jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu.
Aktar kmieni: Raġel iweġġa’ f’ħabta bejn mutur u xarabank f’Għajnsielem
Raġel ta’ 32 sena residenti r-Rabat Għawdex kellu jiddaħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-5.45am kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr Għajnsielem.
Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur Yamaha meta għal xi raġuni kellu mpatt ma’ karozza tal-linja li kienet qiegħda tinsaq minn raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-pulizija qegħdin jinvestigaw il-każ, filwaqt li l-kundizzjoni tas-sewwieq s’issa għadha mhix magħrufa.