Wednesday, December 25, 2024

“Ir-rebħa ta’ Fetterman tqawwi qalb id-Demokratiċi”

Brendan Zerafa

Aqra wkoll

Kontra kull aspettattiva, id-Demokratiċi jidher li baqgħu b’saħħtihom f’din l-elezzjoni ta’ nofs it-terminu fl-Amerka. Kienet mistennija mewġa favur ir-Repubblikani li ma mmaterjalizzatx, għalkemm dawn għadhom biċ-ċans li jirbħu l-Kamra tar-Rappreżentanti u kif ukoll is-Senat.

Jekk hemm rebħa li ser tqawwi qalb id-Demokratiċi, din bla dubju hija r-rebħa ta’ John Fetterman f’Pennsylvania. Għalkemm Fetterman kien ikkunsidrat il-favorit, dan sofra attakk tal-qalb waqt il-kampanja, u sussegwentement ir-Repubblikan Mehmet Öz laħqu fil-polls. Madanakollu Fetterman irnexxielu jżomm fuq quddiem wara l-aħħar spinta tar-Repubblikani – xi ħaġa li ser tinżel tajjeb mad-Demokratiċi, speċjalment meta wieħed jikkunsidra li Pennsylvania għandha sehem importanti sentejn oħra fit-tiġrija Presidenzjali.

Ekonomija

Sport