Friday, April 26, 2024

“Ir-Repubblikani jridu jagħmlu analiżi qawwija dwar il-kandidatura ta’ Donald Trump”

Steve Ellul

Aqra wkoll

Jidher ċar li r-rebħa kbira li kienu qegħdin jistennew ir-Repubblikani mhux se sseħħ. Interessanti ħafna kif ir-riżultati sa issa qed juru li Donald Trump mhux b’saħħtu daqskemm ħafna kienu qed jaħsbu. Fil-fatt jidher li kważi kull fejn intervjena hu f’appoġġ lill-kandidati, ir-riżultati wrew li dawk l-istess kandidati ma marrux tajjeb daqskemm kienu qegħdin jistennew u f’ħafna każijiet, tilfu l-elezzjoni. Din jaf ikollha konsegwenzi għal Trump fl-elezzjoni għal president ta’ sentejn oħra.

Naħseb li l-partit Repubblikan irrid jagħmel analiżi qawwija dwar il-possibbilità li jerġa’ jikkandida lil Donald Trump għall-elezzjonijiet presidenzjali li jmiss. Ma ninsewx li dawn l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu seħħew f’kuntest ekonomiku diffiċli ħafna fejn il-poplu Amerikan qed jespejenza l-agħar rata ta’ għoli tal-ħajja minn żmien Ronald Reagan. Minkejja dan d-Demokratici ma tilfux bit-telfa l-kbira li kulħadd kien qed jantiċipat u jidher li s-Senat se jkun wieħed bilanċjat.

Fl-istess waqt, il-president Biden se jkollu problema xorta waħda jiggverna fis-sentejn li ġejjin għax l-aħjar maġġoranza li d-demokratici jistgħu jiġbru fis-Senat huwa dak ta’ maġġoranza ta’ wieħed. Il-gvern Amerikan ser isibha iktar diffiċli biex jimplementa liġijiet mis-sentejn ta qabel, meta kellu maġġoranza ta’ tlieta.

Interessanti ħafna kif gvernaturi Demokratiċi bħal Laura Kelly irnexxielhom iżommu posthom fi stati bħal Kansas minkejja li Biden ma rebaħx dan l-istat fl-elezzjoni tal- 2020. Minħabba f’hekk, id-Demokratiċi kapaċi jkollhom maġġoranza ta’ siġġu wieħed aktar mir-Repubblikani għas-Senat.

Interessanti wkoll kif wara snin ta’ attakki kontra l-komunità LBGTIQ, din is-sena hemm il-possibiltà li żewġ membri prominenti ta’ din il-komunità jiġu eletti: Maura Healy diġà telgħet u se tkun l-ewwel mara u l-ewwel persuna mill-komunità LGBTIQ li ġiet eletta fl-istat ta’ Massachusetts. Apparti minn hekk, l-istat ta’ Maryland eleġġa l-ewwel gvernatur Afro-Amerikan fl-istorja tiegħu.

Sport