Monday, December 9, 2024

“Ir-riformi fiċ-Ċina mhux biżżejjed biex iwaqqfu virus ieħor”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għadd ta’ esperti Ċinżi u oħrajn barranin huma tal-fehma li l-miżuri li introduċiet iċ-Ċina dwar il-kontroll ta’ mard infettiv jistgħu ma jkunux biżżejjed biex iwaqqfu tixrid ta’ viruses oħrajn fil-futur. 

Esperti huma tal-fehma li r-riformi, li kienu ġew imħabbra f’Mejju li għadda, mhumiex biżżejjed biex jirranġaw il-problemi kollha li dehru evidenti l-pandemija tal-Covid-19. 

L-esperti qalu li l-miżuri ma jagħmlu xejn dwar il-kwistjonijiet ta’ segretezza u ċ-ċensura li għadd ta’ esperti jemmnu li wasslu biex każ ta’ virus ġewwa Wuhan wassal għal pandemija dinjija. 

Yang Gonghuan, li huwa eks deputat kap tal-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard ġewwa ċ-Ċina qal li “l-ikbar problema ċ-Ċina hija li l-gvernijiet lokali jibżgħu li l-pandemiji jistgħu jimpattaw l-istabbiltà soċjali… għalhekk huma ma jridux li l-ġurnalisti jitkellmu u ma jridux li nies bħal Li Wenliang isemmgħu leħinhom.” 

Li kien it-tabib minn Wu- han li żvela l-virus Covid-19 li aktar tard wassal għall-mewt tiegħu. Talli tkellem dwar li kien ġie arrestat fuq l-akkuża li qiegħed “ixerred il-qlajjiet”. 

Ekonomija

Sport