Monday, April 29, 2024

Ir-riħ qawwi jikkawża ħsarat fuq is-sit ta’ Bethlehem f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi li bħalissa qiegħed jolqot il-gżejjer Maltin għamel ħsarat fuq is-sit ta’ Bethlehem f’Għajnsielem hekk kif l-arkata tal-entratura li hemm fi Triq l-Imġarr iġġarfet.

Kien is-Sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi li fuq il-midja soċjal tella’ post b’dak li kien seħħ.

Sostna li ħadd ma weġġa’ filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar tal-għajnuna li offew biex jitnaddaf kollox u jitneħħa kull perikolu.

Intant is-sit tat-tbassir tat-temp Aġġornament tat-temp, li jmexxi Gordon Grech fl-aħħar ħinijiet kiteb li r-riħ qawwi mill-Majjistral se jkun qiegħed jilħaq Forza 7 u anke possibiltà ta’ buffuri Forza 8. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sat-8.00pm.

Hu mistenni li wara l-10.30pm ir-riħ jinżel għal Forza 6.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport