Monday, April 29, 2024

Triq prinċipali fin-Naxxar magħluqa wara li waqgħet siġra

Aqra wkoll

Ir-riħ baqa’ jiddomina fil-ġżejjer Maltin,partikolarment fin-naħa ta’ fuq. Konsegwenza tal-istess riħ kellha tingħalaq Vjal il-Labour fin-Naxxar, minħabba li waqgħet siġra kbira.

Fuq il-post hemm diversi Pulizija li bħalissa qeegħdin jidderieġu t-traffiku. fl-inħawi.

Minħabba l-istess riħ li qed jaħkem il-gżejjer Maltin inħarġet twissja oranġjo. Dan qalitu l-Uffiċju Meteoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fejn żedet tgħid li din it-twissija se tibqa’ fis-seħħ sal-10:00 p.m

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport