Monday, April 29, 2024

“Faith u Theo huma żewġ ġojjelli li bagħtli l-Bambin”- Graziella Bartolo Pizzuto

Aqra wkoll

“Faith u Theo. Iż-żewġ ġojjelli li bagħtli l-Bambin. It-tweġiba għat-talb tiegħi. Intom aħwa, u t-tnejn li intom għadkom ma tafux xi tfisser din ir-relazzjoni. Iżda ħarsa waħda lejkom u naf li bejnietkom diġa nibtet xi ħaġa speċjali”.

Dan qalitu Graziella Bartolo Pizzuto, omm Faith u Theo fuq il-paġna; ‘Up & Up With Faith’,fejn spjegat li b’dak il-leħen ħelu u l-ġentilezza, Faith iżżiegħel u tbus lil ħuha Theo b’dik il-ħarsa li trid tgħid ħafna, avolja għadu ċkejken tarbija.

L-omm kitbet ukoll;”Bħala ommkom, l-ikbar xewqa li għandi hi li kull meta nħares lejkom, nibqa’ nara din l-imħabba ta’ bejnietkom, imħabba naturali, imħabba ta’ protezzjoni minn kull għawġ, minn kull ħażen u minn kull uġiegħ li l-ħajja u d-dinja kapaċi joffru. Jiħdukom fejn jiħdukom triqatkom, anke jekk fiżikament il-bogħod minn xulxin, qalbi tibqa’ tittama li f’xulxin tibqgħu issibu dan il-wens ħlejju li ċerta se li se jkollkom bżonn fit-traġitt ta’ ħajjitkom!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport