Saturday, May 4, 2024

Ir-riħ qawwi mistenni jippersisti sal-Ġimgħa billejl

Aqra wkoll

Ir-riħ qawwi (forza 6-7) mill-Grieg il-Lvant li diġà qiegħed jaħkem lill-Gżejjer Maltin ser jippersisti sa nhar il-Ġimgħa billejl. Bħalissa hemm fis-seħħ twissija ta’ riħ qawwi għall-pubbliku flimkien ma’ avviż preliminari li jgħodd għall-Port il-Kbir u Marsamxett, minħabba l-impatt qawwi li jkollu l-Grigal fuq dawn l-inħawi. Hekk kif temp mirjieħ ser ikompli jaffettwa lill-Gżejjer Maltin, il-baħar huwa mistenni li jsir qawwi għal qawwi ħafna sa nhar il-Ġimgħa.

Ir-riħ huwa mistenni jbatti s-Sibt u jdur matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Sbieħ il-Għid huwa mistenni li jkun ikkaratterizzat minn riħ ħafif (forza 3) mill-Majjistral it-Tramuntana, li eventwalment idur mill-Punent Majjistru u jsir forza 4-5.

Matul il-jiem li ġejjin it-temp huwa mistenni jkun ġeneralment imsaħħab, bil-possibbiltà ta’ ħalbiet ta’ xita iżolati mbassra għall-Ġimgħa waranofsinhar u s-Sibt billejl.

It-temperatura tal-arja hija mistennija tvarja bejn minimu ta’ 12°C u massimu ta’ 18°C, bejn illum u nhar il-Ħadd.

Sport