It-Teżor iħabbar ir-riżultat tal-ħruġ tal-istocks tal-Gvern ta’ Malta ta’ Lulju 2022.
Sad-dati tal-għeluq fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 13 ta’ Lulju 2022, marbuta mas-sottoskrizzjonijiet mill-membri tal-pubbliku u f’nofsinhar tal-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2022, għall-investituri wholesale (irkant), it-Teżor irċieva dawn l-applikazzjonijiet/offerti kif jidher hawn taħt:
2,089 applikazzjonijiet mingħand membri tal-pubbliku u 36 offerta b’irkant b’valur nominali ta’ ewro 200,614,400 meta l-ammont maħruġ kien ta’ ewro 150 miljun (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont sa massimu ta’ ewro 100 miljun oħra).
It-Teżor ser jalloka l-ammont li aċċetta kif ġej:
Applikazzjonijiet/offerti sottomessi | Allokazzjoni | ||
Membri tal-pubbliku/ Investituri Wholesale | Membri tal- Pubbliku | Investituri Wholesale (Irkant) | |
Nominali (€) | Nominali (€) | Nominali (€) | |
2.60% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2028 (V) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €102.50 | 120,028,100 | 13,563,100 | 106,465,000 |
2.90% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2032 (VI) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €101.75 | 57,720,300 | 23,320,300 | 34,400,000 |
3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2042 (I) offrut għall-membri tal-pubbliku bil-prezz ta’ €102.25 | 22,866,000 | 20,866,000 | 2,000,000 |
It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet magħmula mill-membri tal-pubbliku li applikaw bil-prezz fiss imħabbar minn qabel taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ u l-offerti kompetittivi kollha mitfugħa fl-irkant ser jintlaqgħu kollha.