It-Tnejn filgħodu, il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali Joseph Camilleri ppreżenta r-riżultat uffiċjali tal-Elezzjoni Ġenerali 2026 lill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono.
F’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista ġab 158,444 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 136,723 vot. Dan ifisser li l-PL kiseb 51.77% tal-voti filwaqt li l-PN ġab 44.68%.
L-ADPD kiseb 3,996 vot, l-Aħwa Maltin 1,845 vot, Imperium Europa 167 vot, Momentum 4,700 vot.


