Tuesday, June 2, 2026

“Riżultat li jagħti lill-Gvern mandat b’saħħtu biex iwettaq l-impenji elettorali tiegħu” – l-MHRA 

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) awgurat lill-Partit Laburista wara r-rebħa elettorali tiegħu u awgurat kull suċċess lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-amministrazzjoni tiegħu fil-bidu ta’ mandat ġdid ta’ ħames snin. 

L-MHRA qalet li dan ir-riżultat jagħti lill-Gvern mandat b’saħħtu biex jindirizza l-isfidi nazzjonali ewlenin u jwettaq l-impenji elettorali tiegħu.

L-MHRA appellat għal kooperazzjoni kontinwa u mill-qrib bejn il-Gvern u l-imsieħba soċjali, u qalet li djalogu effettiv se jkun essenzjali biex jinżamm is-suċċess ekonomiku, jiġu indirizzati l-isfidi futuri u jiġi implimentat il-mandat tal-Gvern bl-aktar mod effettiv.

L-Assoċjazzjoni kkonfermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għal politiki li jinkoraġġixxu l-investiment, l-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet, is-sostenibbiltà u l-kompetittività, filwaqt li jinżamm bilanċ bejn il-progress ekonomiku u r-responsabbiltà soċjali u ambjentali.

L-MHRA rrikonoxxiet ukoll ir-rwol tal-Oppożizzjoni u ħeġġet biex ikompli d-djalogu dwar kwistjonijiet ta’ importanza nazzjonali.

L-Assoċjazzjoni qalet li Malta tista’ ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala destinazzjoni reżiljenti u kompetittiva permezz tal-kollaborazzjoni u viżjoni ċara fit-tul.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport